BITSE

BITSE
BITSE (Barriers which Inhibit the Transition from School to Employment) huwa proġett kofinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea taħt il-programm ‘tagħlim tul il-ħajja’ (Life Long Learning Programme). Aħna bħala Ċentru ta’ Riżorsi dħalna f’dan il-proġett għax dan ser jagħtina l-opportunità nikkategorizzaw dawk l-hekk imsejħa ‘barrieri’ li jkunu ta’ xkiel għal studenti b’diżabilità waqt it-tranżizzjoni tagħhom miċ-Ċentru Edukattiv għall-istituzzjonijiet edukattivi oħra jew fejn hu possibbli għad-dinja tax-xogħol.
Din il-kategorizzazzjoni ta’ dawn il-barrieri li ser niġbru aħna mingħand professjonisti u saħansitra l-istudenti nfushom ser inqabbluha u niddiskutuha ma’ membri oħra f’dan il-proġett minn  pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea bħal Ġermanja, Franza, Awstrija, u oħrajn. Permezz ta’ dan inkunu aktar f’pożizzjoni biex noħorġu bl-aktar proposti u soluzzjonijiet effettivi biex neliminaw jew innaqqsu l-effett ta’ dawn il-barrieri/ xkiel li żvinturatament ikollhom impatt negattiv fuq it-tranżizzjoni u effettivament il-ħajja soċjali ta’ studenti b’diżabilità.
Fid-dawl ta’ dan kollu aħna ser nagħmlu ħilitna kollha biex nibbenefikaw mir-riżultati ta’ dan il-proġett għax nemmnu li bħala Ċentru ta’ Riżorsi għandna nkunu katalisti f’dawk li huma proposti u soluzzjonijiet immirati biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni ta’ studenti b’diżabilità f’fażi daqshekk importanti fil-ħajja tagħhom.

BITSE

EU_flag_LLP_MT-01

BITSE (Barriers which Inhibit the Transition from School to Employment) huwa proġett kofinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea taħt il-programm tagħlim tul ilajja (Life Long Learning Programme) Aħna bħala Ċentru ta’ Riżorsi dħalna f’dan il-proġett għax dan ser jagħtina l-opportunità nikkategorizzaw dawk l-hekk imsejħa barrieri li jkunu ta’ xkiel għal studenti b’diżabilità waqt it-tranżizzjoni tagħhom miċĊentru Edukattiv għall-istituzzjonijiet edukattivi oħra jew fejn hu possibbli għad-dinja tax-xogħol.

Din il-kategorizzazzjoni ta’ dawn il-barrieri li ser niġbru aħna mingħand professjonisti u saħansitra l-istudenti nfushom ser inqabbluha u niddiskutuha ma membri oħra f’dan il-proġett minn  pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea bħal Ġermanja, Franza, Awstrija, u oħrajn. Permezz ta’ dan inkunu aktar f’pożizzjoni biex noħorġu bl-aktar proposti u soluzzjonijiet effettivi biex neliminaw jew innaqqsu l-effett ta’ dawn il-barrieri/ xkiel li żvinturatament ikollhom impatt negattiv fuq it-tranżizzjoni u effettivament il-ħajja soċjali ta’ studenti b’diżabilità.

Fid-dawl ta’ dan kollu aħna ser nagħmlu ħilitna kollha biex nibbenefikaw mir-riżultati ta’ dan il-proġett għax nemmnu li bħala Ċentru ta’ Riżorsi għandna nkunu katalisti f’dawk li huma proposti u soluzzjonijiet immirati biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni ta’ studenti b’diżabilità f’fażi daqshekk importanti fil-ħajja tagħhom.