Tħawwiel ta’ Siġar Endemiċi fil-Park tal-Familja f’Wied il-Għajn – 17.02.2013

170220136917 170220136932 170220136936

Din l-attività kienet ħolqa oħra f’katina ta’ attivitajiet fejn l-istudenti tagħna kellhom l-opportunità juru u jużaw l-abilitajiet tagħhom fil-komunità billi jħawlu siġar endemiċi fl-aktar park prestiġjuż fin-nofinhar ta’ Malta. Din l-attività li ġiet organizzata b’kollaborazzjoni mad-departiment tal-PARKS kompliet issaħħaħ ir-relazzjonijiet li ċ-Ċentru tagħna qiegħed jibni ma’ diversi entitajiet kemm pubbliċi kif ukoll privati. Permezz ta’ attivitajiet bħal dawn l-istudenti tagħna jkunu qegħdin jesperjenzaw inklużjoni sħiħa billi jaħdmu fil-komunità, mal-komunità u fuq xogħol tal- kominità biex l-istess komunità tagħraf aktar l-abilitajiet ta’ nies b’diżabilità.

L-entużjażmu tal-istudenti tagħna u l-kooperazzjoni tal-ġenituri tagħhom f’attivitajiet bħal dawn ikomplu jsaħħulna l-fehma li l-istudenti tagħna vera jistgħu jirnexxu wkoll.