Sports Day 2013

Sports Day 2013 from yaerc on Vimeo.

Fit-30 t’Ottubru l-istudenti kollha taċ-Ċentru tal-Wardija pparteċipaw fl-ewwel SPORTS DAY għal din is-sena skolastika. L-isports day ġiet organizzata ġewwa l-Kumpless Sportiv tal-Kottonera u bħas-snin li għaddew l-istudenti kellhom l-opportunità li jieħdu sehem f’diversi attivitajiet fiżiċi adattati għall-abilitajiet tagħhom. Fost l-attivitajiet kellna baskitbol, sessjoni bl-użu tal-gym balls u oħra bil-ħula ħuwps, obstacle course u attivitajiet bil-paraxuwt. Ħafna studenti ħadu gost isuqu r-roti fir-ring road tal-kumpless. L-isports day għalaqneiha b’sessjoni taż-żumba mmexxija minn staff tal-KMS. Għal din l-attività kienu mistednin jattendu l-ġenituri tal-istudenti fejn kellhom l-opportunità li jipparteċipaw u jieħdu gost magħna fl-attivitajiet imħejjija

Jum il-Ftira

Ġurnata oħra mill-kalendarju skolastiku tant mistennija kemm mill-istaff u kemm mill-istudenti. Riħa tfuħ ħierġa minn ġol-kċina taċ-Ċentru tagħna. Studenti u staff bil-fradal u kmiem imxamra…..min jiftaħ il-ftajjar, min idellek il-kunserva u min jimla’ l-ftira bit-tonn taż-żejt, ġardiniera, fażola, żebbuġ u żejt taż-żebbuġa. Insa’ li tkun fuq dieta għax tixtri waħda żgur.

Grazzi kbira tmur għall-istaff u l-istudenti li għenu fil-kċina, għal Main Store tal-Gzira u Giormina Bakery ta’ San Pawl il-Baħar li offrew xi ingredjenti u l-ikbar grazzi tmur għal dawk kollha li xtraw ftira.

Jum il-Ftira Jum il-Ftira Jum il-Ftira

Jum il-Ftira Jum il-Ftira Jum il-Ftira