Marathon Walk – 29.04.14

Marathon WalkMarathon WalkMarathon Walk

Marathon WalkMarathon WalkMarathon Walk

Marathon WalkMarathon WalkMarathon Walk

Marathon WalkMarathon WalkMarathon Walk

Marathon WalkMarathon WalkMarathon Walk

Nhar it-Tlieta 29 ta’ April, ħarġet ġurnata mill-isbaħ fil-jum iddedikat għall-mixja sal-għar ta’ San Martin. Avveniment annwali fil-kalendarju taċ-Ċentru li jkun mistenni ħafna mill-istudenti, staff u anke xi ġenituri. L-istudenti kienu avżati minn qabel biex għal din il-ġurnata jiġu lebsin ħwejjeġ ħfief, beritta, jagħmlu ftit sun block u anke jġibu aktar ilma x’jixorbu mis-soltu. Din il-mixja bdiet għall-ħabta tad-9.15a.m. u dawn l-istudenti li mxew it-tul kollu tagħha ħadu madwar tliet kwarti sabiex waslu sal-għar. Xi studenti ppreferew li jaqdfu bir-rota, filwaqt li studenti oħrajn imxew biċċa żgħira. Għall-ħabta tal-10.15a.m. bdiet quddiesa ċċelebrata ġewwa l-għar stess. Waqt din il-quddiesa saret l-inkurunazzjoni tal-Madonna li tinsab ġo dan l-għar stess. Fr. Donald iċċelebra din il-quddiesa li kienet animata bil-mużika u anke bis-sehem tal-kor taċ-Ċentru stess. Għall-ħabta tal-ħdax, l-istudenti, flimkien mal-istaff bdew mixjin lura lejn iċ-Ċentru u sa nofsinhar kulħadd kien wasal. L-istudenti ħadu ħafna pjaċir f’din l-esperjenza, li għalkemm issir ta’ kull sena dejjem ikun hemm ċertu stennija għaliha f’dan iż-żmien sabiħ tas-sena.

Science Outing – 25.04.14

On Friday 25th April, another group of students from our Centre were selected to visit Boys’ Secondary School Mosta. They had the opportunity to experience experiments in a lab. During this activity, students observed several experiments as well as participated in other group experiments.