Proġett Pilota tat-Tablets

DSC_0107Tablets Project (2)Tablets Project (1)

Tablets Project (3)Tablets' Project (3)Tablets Project (4)

Tablets Project (7) Tablets' ProjectTablets' Project (1)

Il-bidu tas-sena ġabet magħha l-bidu ta’ proġett ieħor fiċ-Ċentru ta’ Riżorsi – dak tat-tablets, fejn ħames studenti, li ġew identifikati minn qabel permezz ta’ kriterji riġidi, qed jiġu mgħallma bl-użu ta’ tablets Android u iPads. Dan il-proġett huwa parti minn proġett akbar fuq livell nazzjonali. It-tablets qed jiġu introdotti waqt il-lezzjonijiet tad-digital competence, literacy u numeracy. Numru ta’ adattamenti kellhom jiġu utilizzati biex it-tablets ikunu aktar aċċessibbli għall-istudenti taċ-Ċentru, fosthom mountings, biex it-tablet jiġi marbut u mqabbad ma’ mejda jew wheelchair; Big Grips; u diversi switches. Ta’ min jgħid ukoll li barra mill-proġett, fuq inizjattiva ta’ għalliema u LSA tal-Computer Lab, dawn it-tablets qed jiġu utilizzati wkoll minn studenti oħra waqt midday break activities imħejjija apposta biex tingħata opportunità lil numru akbar ta’ studenti li jesperjenzaw din it-teknoloġija moderna.

PE Sessions – Naxxar Middle School – 26.01.15

PE Session with Naxxar Middle SchoolPE Session with Naxxar Middle SchoolPE Session with Naxxar Middle School

PE Session Naxxar Middle SchoolPE Session with Naxxar Middle SchoolPE Session Naxxar Middle School

On Monday 26th January, some students together with the Centre’s PE Teacher and some staff visited the Naxxar Middle School. There our students participated with two different classes in their PE lesson. The aim of the visit was to integrate our students together with the other’s school students. In the end the visit left its desired result as all the students enjoyed themselves.

Elezzjoni – Kunsill tal-istudenti – 23.01.15

Students' Council ElectionsStudents' Council ElectionsStudents' Council Elections

Students' Council ElectionsStudents' Council ElectionsStudents' Council Elections

Nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Jannar 2015, l-istudenti taċ-Ċentru ta’ Riżorsi kellhom l-opportunità li jivvutaw għal sħabhom li ġew nominati sabiex jirrappreżentawhom fil-Kunsill Studenti Wardija. Kull student li wera x-xewqa li jkun parti minn dan il-Kunsill, ingħata ċ-ċans li jitkellem u jgħid kif jixtieq li jgħin lil sħabu l-istudenti.

Matul il-votazzjoni, l-istudenti ngħataw polza tal-vot kull wieħed u b’salib immarkaw il-kandidati tal-għażla tagħhom. Dawn il-voti ntefgħu f’kaxxa kbira bħal dik li tintuża waqt l-elezzjonijiet nazzjonali.

Wara l-elezzjoni, din il-kaxxa nfetħet fil-preżenza tas-Segretarju attwali ta’ dan il-Kunsill u fil-preżenza ta’ żewġ membri tal-istaff. Il-voti ġew magħduda u r-riżultat tħabbar nhar it-Tnejn 26 ta’ Jannar 2015. Tmien (8) studenti ġew eletti sabiex ikunu parti mill-Kunsill il-ġdid.

L-irwol tal-Kunsill tal-istudenti fiċ-ċentru huwa wieħed li jagħti vuċi lill-istudenti sabiex jesprimu x’jixtiequ jaraw aħjar fiċ-Ċentru u  jkollhom anke sehem proattiv fl-attivitajiet li jiġu organizzati għalihom u fid-deċiżjonijiet li jolqtu lilhom b’mod dirett.

Studenti jaqtgħu ċ-ċitru minn Sant Anton

Citrus picking at San AntonCitrus picking at San Anton Citrus picking at San AntonCitrus picking at San Anton090120159711citru-5

Diversi tfal minn skejjel differenti, sebħu fil-ġonna tal-Palazz ta’ Sant Anton biex jagħtu daqqa t’id lill-President fil-qtugħ tal-larinġ, lumi u mandolin.

Liebsa lbies sportiv, il-President Marie Louise Coleiro Preca kienet l-ewwel waħda li middet idejha u bdiet taqta’ l-larinġ bi tħejjija għall-Festa taċ-Ċitru.

Din is-sena, l-palazz f’Ħal Balzan se jiftaħ il-bibien tiegħu nhar il-Ħadd 18 ta’ Jannar. Il-poplu hu mistieden li jixtri l-prodotti li se jkun hemm, ħafna minnhom magħmula miċ-ċitru, bil-qliegħ imur għall-Malta Community Chest Fund.

It-tfal mill-iskejjel primarji tal-Kulleġġ San Nikola ta’ Ħ’Attard u tal-Kulleġġ San Alwiġi, kif ukoll studenti miċ-Ċentru ta’ Riżorsi Dun Manwel Attard, Wardija, imlew il-kaxex bil-frott taċ-ċitru li se jinbiegħ lill-pubbliku waqt dik li l-President sejħet festa tal-familja kollha.

Minbarra l-larinġ, l-lumi u l-mandolin li jinqata’ mill-ġonna tal-President, l-kċina tal-President qed tipprepara kejkijiet u muffins taċ-ċitru fost oħrajn biex jinbiegħu waqt il-festa taċ-ċitru.

Il-frott taċ-ċitru fih diversi benefiċċji, bl-ikbar waħda rinomata hija l-Vitamina Ċ.