Circular to Parents re Hamrun Move

9 ta’ Settembru, 2015

Għeżież ġenituri/kustodji,

Nirringrazzja lil dawk kollha li attendew għall-laqgħa li saret nhar l-Erbgħa 26 ta’ Awwissu ġewwa n-National Curriculum Centre.   Għall-benefiċju ta’ dawk li ma setgħux jattendu, nixtieq ninfurmakom li din is-sena skolastika ser inkunu qegħdin noperaw minn ġewwa l-binja ta’ l-Ex Skola Maria Assumpta ġewwa l-Ħamrun li tinsab fi Triq Abela Scolaro.  Dan minħabba ix-xogħol estensiv li għaddej fil-bini il-Wardija u biex nirrispettaw is-sigurtà ta’ kulħadd.  Il-programm edukattiv u l-loġistika mhux ser ikunu affetwati.  Bħas-soltu, ser inkunu qegħdin nagħmlu ħilitna biex noffru edukazzjoni ta’ kwalità għall-ġid ta’ uliedkom.

Kull min jixtieq jagħmel kuntatt magħna jista’ jew iċempel fuq 21573989 jew jibgħat email fuq nicholas.agius@ilearn.edu.mt.  Għal aktar informazzjoni żuru l-website taċ-Ċentru kif ukoll il-facebook.

Grazzi.

Tislijiet,

Nicholas Agius

Kap taċ-Ċentru

Maria Assumpta Hamrun Maria Assumpta Hamrun (1) Maria Assumpta Hamrun (2)

Maria Assumpta Hamrun (4) Maria Assumpta Hamrun (5) Maria Assumpta Hamrun (7)

Maria Assumpta Hamrun (8)Maria Assumpta Hamrun (9)Maria Assumpta Hamrun (12)

Maria Assumpta Hamrun (13) Maria Assumpta Hamrun (14) Maria Assumpta Hamrun (10)