Bħala parti mill-EkoSkola, din is-sena tkompla l-proġett bl-isem Young Reporters for the Environment (YRE). Dan il-proġett ta’ l-opportunità lill-istudenti sabiex huma stess ikunu ġurnalisti tal-ambjent permezz tal-fotografija. Ir-ritratti magħżula ser ikunu ppreżentati lill-grupp nazzjonali tal-YRE f’Malta (li huwa parti min-Nature Trust Malta) u jistgħu jiġu ppublikati fil-‘YRE Newsletter’, kif ukoll jiddaħħlu f’kompetizzjoni.