{"id":37,"date":"2009-10-04T06:00:38","date_gmt":"2009-10-04T11:00:38","guid":{"rendered":"http:\/\/sns.wardija.skola.edu.mt\/?page_id=37"},"modified":"2015-06-04T05:44:54","modified_gmt":"2015-06-04T10:44:54","slug":"school-open-day","status":"publish","type":"page","link":"https:\/\/sns.wardija.skola.edu.mt\/?page_id=37","title":{"rendered":"Celebration Day"},"content":{"rendered":"<p><iframe loading=\"lazy\" width=\"500\" height=\"315\" src=\"https:\/\/www.youtube.com\/embed\/GqjymqKJnNE\" frameborder=\"0\" allowfullscreen><\/iframe><\/p>\n<p>JUM I\u010a-\u010aELEBRAZZJONI B&#8217;DIFFERENZA<\/p>\n<p>Din is-sena g\u0127a\u017cilna li Jum i\u010b-\u010aelebrazzjoni jkun tassew \u010belebrazzjoni tal-\u0127iliet ta\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 tag\u0127na f\u2019diversi dixxiplini kreattivi b\u0127a\u017c-\u017cfin, kant, drama u xog\u0127ol bit-tafal. I\u010b-\u010belebrazzjoni ma kinitx biss re\u010bta u pre\u017centazzjoni ta\u010b-\u010bertifikati, i\u017cda pre\u017centazzjoni lill-\u0121enituri, edukaturi u mistiedna distinti ta\u2019 dak kollu li tg\u0127allmu rigward l-imsemmija dixxiplini mal-edukaturi tag\u0127hom bl-interventi tant siewja ta\u2019 artisti ta\u2019 fama nazzjonali u anke internazzjonali.<br \/>\nI\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 setg\u0127u jakkwistaw dawn il-\u0127iliet artisiti\u010bi, il-bi\u010b\u010ba l-kbira g\u0127all-ewwel darba, grazzi g\u0127al \u017cew\u0121 inizzjattivi mwaqqfa mill-gvern \u010bentrali li huma l-Kreattiv u l-Premju tal-President g\u0127all-Kreattivit\u00e0. L-g\u0127an ewlieni ta\u2019 dawn i\u017c-\u017cew\u0121 inizzjattivi huwa li j\u0121ib lill-artisti fl-iskejjel sabiex ja\u0127dmu mal-g\u0127alliema u l-istudenti sabiex jinspiraw, jg\u0127allmu u jo\u0127olqu b\u2019mod kollaborattiv u innovattiv. Filfatt fil-ka\u017c ta\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 tag\u0127na, l-g\u0127an ta\u2019 dawn i\u017c-\u017cew\u0121 inizzjattivi intla\u0127aq b\u2019su\u010b\u010bess. Irrispettivament mid-di\u017cabilit\u00e0 tag\u0127hom i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 kollha kellhom l-opportunit\u00e0 jipprattikaw tal-inqas wa\u0127da mid-dixxiplini \u0127afna minnhom g\u0127all-ewwel darba f\u2019\u0127ajjithom.<br \/>\nPermezz ta\u2019 dawn i\u017c-\u017cew\u0121 pro\u0121etti, i\u010b-\u010aentru tag\u0127na kellu l-opportunit\u00e0 jesperjenza u jevalwa l-impatt po\u017cittiv li kellhom dawn id-dixxiplini\/terapiji artisti\u010bi fuq l-istudenti tag\u0127na. L-artisti involuti kienu flessibbli bi\u017c\u017cejjed biex jindirizzaw spektru ta\u2019 b\u017connijiet edukattivi differenti vast \u0127afna. Il-fatt li \u0127add ma t\u0127alla barra u li kull wie\u0127ed u wa\u0127da minnhom kellhom spazju fejn setg\u0127u jesprimu ru\u0127hom b\u2019mod artistiku mill-aktar miftu\u0127 kompla xpruna l-entu\u017cja\u017cmu ta\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127, tag\u0127na b\u0127ala edukaturi u wisq aktar tal-artisiti li \u0127admu mag\u0127hom.<br \/>\nL-aktar \u0127a\u0121a importanti li rnexxieli nosserva waqt Jum i\u010b-\u010aelebrazzjoni kienet li waqt il-pre\u017centazzjoni \u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 anke dawk li l-abilit\u00e0 tag\u0127hom ma tippermettix li jkunu daqshekk komunikattivi kemm verbali kif ukoll mhux verbali; kellhom espressjoni fuq wi\u010b\u010bhom ta\u2019 xi \u0127add sodisfatt u, li g\u0127alkemm g\u0127andu\/ha disabilit\u00e0 g\u0127andu\/ha wkoll abilit\u00e0 kbira. Jien nemmen li b\u2019dan il-pro\u010bess bla dubju \u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 saru jemmnu aktar fihom infushom u fil-\u0127iliet tag\u0127hom. G\u0127alhekk Jum i\u010b-\u010aelebrazzjoni b\u2019differenza g\u0127ax ma konniex a\u0127na li premjajna lilhom i\u017cda kienu huma li ppremjaw lilna billi wrewna bl-aktar mod \u010bar li dak kollu li qieg\u0127din nag\u0127mlu mag\u0127hom kien qieg\u0127ed itejjeb il-kwalit\u00e0 tal-\u0127ajja tag\u0127hom.<br \/>\nB\u0127ala parti finali mi\u017c-\u017cew\u0121 pro\u0121etti msemmija l-istess pre\u017centazzjoni ser ter\u0121a\u2019 tittella\u2019 il-Belt Valletta fi Pjazza de Valette nhar il-\u0120img\u0127a 12 ta\u2019 \u0120unju 2015 bejn 9.30 u 11.00 ta\u2019 filg\u0127odu. Prosit lil kul\u0127add<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>JUM I\u010a-\u010aELEBRAZZJONI B&#8217;DIFFERENZA Din is-sena g\u0127a\u017cilna li Jum i\u010b-\u010aelebrazzjoni jkun tassew \u010belebrazzjoni tal-\u0127iliet ta\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 tag\u0127na f\u2019diversi dixxiplini kreattivi b\u0127a\u017c-\u017cfin, kant, drama u xog\u0127ol bit-tafal. I\u010b-\u010belebrazzjoni ma kinitx biss re\u010bta u pre\u017centazzjoni ta\u010b-\u010bertifikati, i\u017cda pre\u017centazzjoni lill-\u0121enituri, edukaturi u mistiedna distinti ta\u2019 dak kollu li tg\u0127allmu rigward l-imsemmija dixxiplini mal-edukaturi tag\u0127hom bl-interventi tant siewja ta\u2019 artisti ta\u2019 [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":0,"parent":14,"menu_order":0,"comment_status":"open","ping_status":"open","template":"","meta":{"ngg_post_thumbnail":0,"_links_to":"","_links_to_target":"","footnotes":""},"class_list":["post-37","page","type-page","status-publish","hentry"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/sns.wardija.skola.edu.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/37","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/sns.wardija.skola.edu.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages"}],"about":[{"href":"https:\/\/sns.wardija.skola.edu.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/types\/page"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/sns.wardija.skola.edu.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/sns.wardija.skola.edu.mt\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fcomments&post=37"}],"version-history":[{"count":25,"href":"https:\/\/sns.wardija.skola.edu.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/37\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":129,"href":"https:\/\/sns.wardija.skola.edu.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/37\/revisions\/129"}],"up":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/sns.wardija.skola.edu.mt\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/14"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/sns.wardija.skola.edu.mt\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fmedia&parent=37"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}